Wednesday, May 7, 2025

Mixli li stupra lis-sieħba tiegħu

Aqra wkoll

Marokkin ta’ 30 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li stupra lill-eks sieħba tiegħu fl-2022.

Ir-raġel, li jgħix l-Imsida, kien mixli li wettaq atti ta’ natura sesswali fuq l-allegata vittma mingħajr il-kunsens tagħha waqt li din kienet rieqda.

Il-koppja kienu nfirdu f’Ottubru tal-2024 u l-mara għamlet rapport mal-pulizija f’Marzu li għadda wara li sar ukoll rapport mir-raġel.

Fil-Qorti saret talba għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat, li ġiet milqugħa fuq depożitu ta’ €3,500 u garanzija personali ta’ €8,500. Huwa kien ordnat jiffimar l-Għassa tal-Pulizija tliet darbiet fil-ġimgħa.

Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Cynthia Tomasuolo flimkien mal-Ispettur Christian Cauchi.

L-Avukat Kris Busietta assista lir-raġel. 

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport