Tuesday, December 24, 2024

Mixli li stupra lis-sieħba tiegħu f’forma ta’ ritwal

Aqra wkoll

Iktar kmieni llum il-Qorti semgħet kif allegatament Niġerjan ta’ 26 sena stupra lis-sieħba tiegħu u żammha kontra r-rieda tagħha, kif ukoll darabha ħafif.

Il-każ seħħ fl-24 t’Ottubru li għadda fejn allegatament it-tfajla ġiet stuprata mill-għarus tagħha fl-appartament tagħha fil-Gżira fil-preżenza ta’ raġel ieħor.

Waqt is-smigħ tal-kawża, l-Ispettur John Spiteri kkonferma li l-persuna illi sofriet din l-aggressjoni kienet għamlet rapport mat-taqsima tal-Vjolenza Domestika l-għada li seħħ l-inċident. Skont dan ir-rapport li sar mit-tfajla, l-għarus tagħha aġixxa b’mod stramb u ppersista biex ikollu x’jaqsam magħha kontra l-volontà tagħha tant li għalkemm kien hemm raġel ieħor preżenti fir-residenza tagħha riedha tinża’ ħwejjiġha.

Fl-istqarrija tagħha t-tfajla spjegat illi l-akkużat qalilha li hi kienet ix-xitan u li ried ikollu x’jaqsam magħha bħala forma ta’ ritwal.

It-talba għall-ħelsien mill-arrest ġiet miċħuda.

Ekonomija

Sport