Thursday, December 26, 2024

Mixli li stupra mara fir-residenza tiegħu f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Ġermaniż ta’ 30 sena residenti Tas-Sliema nżamm taħt arrest preventiv wara li tressaq il-Qorti fejn kien mixli li stupra mara fir-residenza tiegħu. 

Ir-raġel, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti biex tkun protetta l-identità tal-allegata vittma, kien mixli li wettaq dan ir-reat fil-lejl ta’ bejn id-9 u l-10 ta’ Ottubru.

Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrieh, u saret talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu. 

Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba n-natura serja tal-akkużi u l-fatt li l-allegata vittma għad trid tixhed f’dawn il-proċeduri. Id-Difiża argumentat li l-klijent tagħha għadu preżunt innoċenti u li ilu jgħixu u jaħdem f’pajjiżna għal dawn l-aħħar ħames snin.

Wara li semgħet liż-żewġ naħat, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ordnat li l-imputat jinżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Ekonomija

Sport