Friday, November 15, 2024

Mixli li ta fastidju lil żewġ tfajliet taħt l-età

Aqra wkoll

Raġel li m’għandux saqaf fuq rasu inżamm taħt arrest preventiv wara li wieġeb mhux ħati għal akkużi relatati ma’ fastidju fuq żewġ tfajliet ta’ 15-il sena waqt li dawn kienu mexjin max-xatt ta’ Tas-Sliema.

Beyene Fessahatsion Weldeabzghi ta’ 31 sena mill-Eritrea tressaq quddiem il-Maġistrat Nadine Lia fejn kien mixli wkoll li fis-sakra f’post pubbliku, li għex ħajja ta’ għażż u vagabondaġġ u li sar reċediv.

L-Ispettur Colin Sheldon spjega fil-Qorti li l-każ seħħ fid-19 ta’ Lulju li għadda, għall-ħabta tas-5.45 p.m. fi Triq it-Torri. Ir-rapport lill-Pulizija sar l-għada fejn intqal li “persuna ta’ karnaġġjon ksur ta fastidju lil żewġ tfajliet fi Triq it-Torri.”

Il-Pulizija kellha biss ritratt tal-imputat, iżda aktar tard daħal rapport dwar raġel li kien jaqbel mad-deskrizzjoni li ngħatat u li jidher iżomm tifla kontra l-volontà tagħha fuq ix-xatt. Meta l-uffiċjali waslu fuq il-post, huwa kien rikonoxxut bħala l-istess persuna mfittxija fuq l-inċident l-ieħor u kien liebes l-istess ħwejjeġ.

Weldeabzghi baqa’ jinżamm arrestat wara li ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu.

Ekonomija

Sport