Friday, December 13, 2024

Mixli li ta n-nar vettura fl-Isla

Aqra wkoll

Jesmond Cassar ta’ 47 sena nżamm arrestat wara li ġie mixli li ta n-nar vettura fl-Isla.

Quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, Cassar ġie mixli wkoll li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu f’każ ieħor, li wkoll jinvolvi allegat ħruq ta’ vettura.

Il-Prosekuzzjoni spjegat fil-Qorti li waslet għall-imputat minn filmati tas-CCTV. Qalet ukoll li b’rabta ma’ dan il-każ diġà tressaq raġel ieħor il-Qorti. 

Cassar wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu u nżamm arrestat wara li ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu.

Ekonomija

Sport