Sunday, April 5, 2026

Mixli li uża passaport falsifikat biex japplika għal permess ta’ residenza f’Malta

Aqra wkoll

Dennis Michael Shane ta’ 36 sena residenti Ħ’Attard, baqa’ jinżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li pprova juża passaport falz biex japplika għal permess ta’ residenza f’pajjiżna.

L-Ispettur Karl Roberts akkużat lill-imputat li ffalsifika jew bidel passaport u li ta dikjarazzjoni jew tagħrif falz lill-uffiċjali tal-immigrazzjoni.

Il-Pulizija bdiet tinvestiga dan il-każ wara li kienet irċeviet rapport anonimu fejn kien allegat li l-imputat kien uża passaport Kroat falsifikat biex ikun jista’ japplika għal permess ta’ residenza f’Malta.

Wara li saru ċeru investigazzjonijiet kien inħareġ mandat ta’ arrest fil-konfront tal-imputat, iżda kien irriżulta li hu kien sifer lejn Sqallija fejn ġie arrestat hemm hekk. Hu ġie rritornat lura lejn Malta nhar il-Ġimgħa filgħaxija.

Għalkemm wieġeb mhux ħati ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest u għalhekk baqa’ miżmum arrestat sakemm ikompli jinstema l-każ.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport