Thursday, December 26, 2024

Mixli li weġġa’ gravi raġel ieħor f’argument fil-Marsa

Aqra wkoll

Somalu ta’ 24 sena li m’għandux indirizz fiss f’pajjiżna, wieġeb mhux ħati li l-Ħadd li għadda kkaġuna ġrieħi gravi fuq raġel waqt argument fil-Marsa.

Fil-Qorti nstema’ kif il-pulizija mill-Għassa tal-Ħamrun saru jafu li kien inqala’ argument li fih allegatament kien involut Bashir Abdullah Mohammed u wara kien arrestat.

Id-Difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest, iżda talbet li jinżamm fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Carmeli fejn kien rikoverat ftit tal-ġimgħat ilu.

Huwa baqa’ jinżamm arrestat, bil-Qorti tiġbed l-attenzjoni tad-Direttur Ġenerali tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għall-imsemmija talba.

Ekonomija

Sport