Thursday, December 26, 2024

Mixli li weġġa’ ħafif lil martu u beżża’ liż-żewġt uliedhom

Aqra wkoll

Raġel ta’ 51 sena mill-Belt li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, ġie akkużat li weġġa’ ħafif lil martu u li beżża’ liż-żewġt uliedhom.

Quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea, ir-raġel wieġeb mhux ħati tal-akkużi. Hu kien mixli li wettaq dawn l-atti bejn it-30 u 31 ta’ Diċembru li għadda fil-Gżira.

Il-familja tar-raġel qalu quddiem il-Maġistrat li huma xtaqtu li jwaqqfu l-proċeduri kontrih. Quddiem dawn il-fatti, id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arresti, u l-prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx.

Il-Maġistrat laqgħet it-talba tal-ħelsien mill-arrest.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa’ mill-Ispettur Omar Zammit.

Ekonomija

Sport