Raġel tressaq il-Qorti akkużat li wettaq serqa fil-Ħamrun. L-akkużat, Malcolm Mercieca ta’ 35 sena, wieġeb mhux ħati.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-vittma għamel rapport lil Pulizija li daħal id-dar u sab bosta affarijiet neqsin fosthom safe li fih kien iżomm oġġetti prezzjużi.
Minn investigazzjoni illi saret mill-Pulizija, irriżulta li mill-kameras tas-sigurtà ġew innutat tliet persuni, wieħed minnhom l-akkużat.
Id-Difiża qalet li l-akkuzat huwa maħkum mill-vizzju tad-droga u kien se jibda dan il-programm ta’ rijabilitazzjoni għada. Hu nżamm arrestat.