Saturday, December 21, 2024

Mixli lil weġġa’ ħafif żewġ kuntistabbli tal-Pulizija

Aqra wkoll

Raġel li għandu 26 sena mill-Guinea nżamm arrestat wara li ġie mixli li weġġa’ ħafif żewġ kuntistabbli tal-Pulizija.

Il-każ seħħ lbieraħ meta żewġ kuntistabbli tal-Pulizija tal-Komunità sofrew ġrieħi ħfief waqt li kienu qed jivverifikaw id-dokumenti tar-raġel ġewwa Triq Santa Rita, il-Marsa. 

Waqt li kienu fuq il-post, ir-raġel li rriżulta li kien mfittex ma bediex jobdi l-ordnijiet, prova jaħrab u weġġa’ lill-pulizija.

Huwa tressaq il-Qorti llum mill-Ispetturi  Roderick Attard u Gabria Gatt. Ir-raġel wieġeb mhux ħati u nżamm arrestat. 

Ekonomija

Sport