Juliana Rodriguz Demarchi ta’ 23 sena mill-Arġentina, iżda tgħix San Ġiljan ingħatat il-ħelsien mill-arrest wara li ġiet akkużata fil-Qorti li ffalsifikat ċertifikat u dokumenti biex tkun tista’ taħdem f’lukanda f’pajjiżna.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li -Aġenzija Identità m’għandhiex tagħrif dwar l-impjieg tal-akkużata u għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet biex tiddetermina minn fejn ġie dan iċ-ċertifikat.
Id-difiża mexxija mill-Avukat Roberto Spiteri talbet għall-ħelsien mill-arrest. Wara li l-Qorti talbet ċertu garanziji fosthom li l-imputata tibqa’ f’pajjiżna, intlaqet it-talba b’depożitu ta’ €4,000 u garanzija personali ta’ €6,000.