Għadd ta’ residenti f’Buġibba fl-aħħar sigħat ilmentaw minn dik li huma sejħu bħala ‘miżbla’ sħiħa f’żona f’Buġibba. Resident li tkellem magħna qalilna li “fejn hu l-infurzar? Ma tridx tkun xi għaref ħafna biex tinduna minn fejn ġie dan l-iskart. Hemm bżonn azzjoni f’żoni f’Buġibba għax spiss insibu miżbla quddiemna”.