Saturday, December 28, 2024

Miżura biex nersqu lejn in-normalità fil-Qorti

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza, u l-Governanza qed jintroduċi miżura oħra sabiex jiġi kumbattut l-effett tal-Covid-19 fuq is-sistema ġudizzjarja ta’ pajjiżna.

Dan hekk kif bil-kollaborazzjoni tal-imħallfin u l-medjaturi tal-Qorti tal-Familja ġie maqbul illi f’każijiet fejn il-partijiet ikunu ftiehmu u abbozzaw kuntratt ta’ separazzjoni personali dwar kif ser jirregolaw is-sitwazzjoni ta’ bejniethom, il-proċedura quddiem il-medjatur tista’ ssir f’uffiċċju ‘l barra mill-bini tal-Qorti jew issir permezz ta’ laqgħat virtwali bl-użu tal-video conferencing, bil-partijiet ikunu f’postijiet differenti assistiti mill-avukati rispettivi tagħhom u l-medjatur f’uffiċċju ieħor.

Din il-miżura, apparti li hija intiża biex tnaqqas il-kuntatt tan-nies u allura it-tixrid tal-Covid-19, tassigura li kull ftehim li jkun intlaħaq bejn il-partijiet jiġi ppubblikat mingħajr ebda dewmien.

Din hija waħda minn għadd ta’ miżuri li se jkunu qegħdin jitħabbru fiż-żmien li ġej bħala parti mill-istrateġija biex is-sistema ġudizzjarja ta’ pajjiżna ssir waħda iktar diġitali, u l-Qrati tal-Ġustizzja tagħna jerġgħu jiġu għan-normalità.

Ekonomija

Sport