Wednesday, December 25, 2024

Miżuri akbar favur l-edukazzjoni

Aqra wkoll

Il-Gvern jemmen bi sħiħ li l-edukazzjoni hija l-pedament ta’ soċjeta ġusta, progressiva u sostenibbli. Il-Ministru Caruana beda biex jispjega li l-edukazzjoni mhux biss tgħin lill-ġenerazzjonijiet ta’ issa sabiex jiksbu l-ħiliet neċessarji għall-impjiegi, iżda wkoll tipprepara lil ġenerazzjoni ta’ issa bil-valuri, prinċipji u ħiliet meħtieġa biex huma wkoll jilħqu l-potenzjal tagħhom.

Fl-2024 is-salarji tal-għalliema se jkunu 10% ogħla minn pajjiżi oħra

Dwar l-investiment fl-edukaturi, il-Ministru tal-Finanzi qal li dan qed isir permezz ta’ tiġdid tal-ftehim settorjali, li jkopri bejn Jannar tal-2023 u Diċembru tal-2027, li huwa bbażat fuq numru ta’ prinċipji maqbulin bejn il-Gvern u l-Unjin tal-Għalliema.

Spjega li meta mqabbel mar-rapport tal-Eurydice dwar is-salarji tal-għalliema (2021-2022), il-ftehim il-ġdid f’pajjiżna juri li s-salarji tal-għalliema fl-2024 ser ikunu medja ta’ kważi 10% ogħla minn dawk ta’ pajjiżi oħra. Qal ukoll li din id-differenza vantaġġjuża mistennija tiżdied aktar, u tilħaq ważi 15% sal-2027.

Il-Ministru tal-Finanzi irrimarka li se jiżdiedu l-ammont li l-ġenituri jibgħatu t-tfal tagħhom fi skejjel indipendenti jistgħu jitnaqqsu għal finijiet tat-taxxa. B’hekk l-ammont għal min għandu tfal fil-kindergaten se jitla għal €3,500, fi skola primarja se jitla’ għal €4,600 u fi skola sekondarja se jitl’ għal €6,500.

Il-Gvern kommess li jimmodernizza fuq aktar minn 100 skola f’perjodu ta’ 13 -il sena

Dwar il-ħidma tal-Gvern fl-iskejjel, il-Ministru Caruana qal li l-Gvern huwa kommess li jimmodernizza u jagħmel xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq aktar minn 100 skola fuq perjodu ta’ 13 -il sena. F’kull sena, din l-inizjattiv se tiffinanzja tmien proġetti.

Spjega li dan jikkumplimenta l-investiment li qed isir fl-iskejjel ta’ Għawdex, fwjn inbnew skejjel ġodda fosthom fir-Rabat Għawdex u nbena ċentru għall-ħarsien tat-tfal u bosta faċilitajiet ta’ rikreazzjoni u sportivi, b’investiment li jiżboq it- €18 -il miljun, fil-kampus edukattiv ġewwa r-Rabat Għawdex.

Għotja ta’ €20 għal kull student biex jintefqu f’kotba

Fejn jidħlu t-tfal u l-edukazzjoni, il-Ministru tal-Finanzi spjega li għal dawk it-tfal li l-familji tagħhom jaqgħu taħt Skema 9, li jammontaw għal madwar 2,500 se jiġu pprovduta b’Librerija fid-Dar b’valur ta’ €150.

Tenna li barra minn hekk, l-istudenti fl-iskejjel primarji, medji u sekondarji se jkunu qed jingħataw €20 sabiex jintefqu f’kotba fil-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb, bil-għan li jiġi kkumplimentat il-programmi eżistenti li jinkoraġixxu l-qari, biex jitjieb il-litteriżmu u sabiex ikomplu jkunu ta’ spalla għall-pubblikaturi Maltin.

Se jitkompla t-tisħiħ fis-suq tax-xogħol

B’referenza għall-ħaddiema li kkontribwew u ħadmu għal ħafna snin, il-Minsitru Caruana qal li jemmen li għandhom jissaħħu l-programmi ta’ mentoring tal-Jobsplus. Spejga li għal dan il-għan, ser jinżamm ir-reġistru għall-persuni li jkunu laħqu l-eta tal-irtirar u li juru x-xewqa li jkomplu jagħtu sehemhom fix-xogħol. Qal ukoll li kif imwiegħed, is-sena d-dieħla se tkomp-li tingħata l-għotja ta’ €150 lil persuni li jaħdmu antipiċi f’ċertu setturi.

Il-Liġi tal-Equal Pay for Work of żequal Value se tiħos fis-seħħ fil-bidu ta’ Jannar 2025

Il-Ministru Caruana spejga li f’din il-leġiżlatura ddaħlu wkoll liġijiet dwar il-ħaddiema tal-pjattaformi diġitali sabiex b’hekk issaħħaħ il-bilanċ bejn id-dinja tax-xogħol u l-ħajja privata (work-life balance). Qal ukoll li ġie introduċuta riforma ħolistika dwar l-aġenziji tax-xogħol u li se tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2025.

Se jitkompla l-investiment fit-teknoloġija tal-Amministrazzjoni Pubblika

Dwar is-servizz pubbliku, il-Ministru tal-Finanzi qal li dan tal-aħħarhuwa l-id il-leminija sabiex dak li qed jitħabbar fil-Budget, minn fuq il-karta jinbidel f’xi ħaġa reali. Hanwhekk, il-Ministru Caruana enfasizza li s-sena li għaddiet pajjiżna reġa’ ġie kkonfermat fl-ewwel post fil-klassifika tal- e-government fl-Ewropa.

Ekonomija

Sport