Minħabba l-gwerra li għaddejja fil-Lvant Nofsni u li qed taffettwa ħafna l-provista taż-żejt, biex tiġi salvata l-enerġija l-Pakistan ħa miżuri drastiċi biex b’hekk il-provista sservi kemm jista’ jkun.
Fost il-miżuri li ħa, il-ħaddiema kollha se jibdew jaħdmu erba’ tijiem fil-ġimgħa u l-bqija tal-ġranet l-uffiċini se jkunu magħluqin kollha. Miżuri oħra hija li se jingħalqu l-iskejjel għal 15-il ġurnata li ġejjin biex b’hekk ma tinħela l-ebda enerġija mill-istudenti.
Il-Gvern Pakistani qal li l-provista tal-enerġija dejjem qiegħda tonqos bil-biża’ li fost l-oħrajn il-pajjiż kollu jispiċċa bla elettriku.
Għalhekk il-Gvern ħabbar li l-ħaddiema tal-Gvern se jkunu qegħdin jaħdmu 4 tijiem biss fil-ġimgħa u aktar minn hekk 50 fil-mija tal-ħaddiema kollha tal-Gvern se jkunu qegħdin jaħdmu mid-dar.
B’dan il-mod huma se jkunu qegħdin jifrankaw it-trasport b’inqas użu ta’ fjuwil.
Is-settur privat se jkun qiegħed jieħu l-istess miżuri biex b’hekk il-provista li għandu l-pajjiż iddum isservi kemm jista’ jkun.

