Thursday, November 7, 2024

Miżuri stretti fil-kapitali tal-Vjetnam minħabba l-varjant Delta

Aqra wkoll

Il-Vjetnam estenda r-restrizzjonijiet tal-Covid-19 ġewwa l-belt kapitali u dan hekk kif ir-rata ta’ infezzjonijiet qiegħda kulma jmur tiżdied. L-awtoritajiet qed jippjanaw li jittestjaw xejn inqas minn 1.5 miljun persuna.

Dan il-pajjiż Ażjatiku s’issa kien irnexxielu jikkontrolla tajjeb il-pandemija tal-Covid-19, iżda ġara li l-varjant Delta qiegħda jikkawża sfidi kbar f’dawn l-aħħar xhur. Hanoi ilha minn Lulju taħt ordni ta’ lockdown, iżda issa din il-belt ġiet maqsuma f’żoni “ħomor”, “oranġjo” u “ħodor” skont ir-rata ta’ infezzjonijiet. Persuni li jgħixu fiż-żoni “ħomor” ma jistgħux joħorġu minn dawn iż-żoni u persuna waħda minn kull familja trid tiġi ttestjata tliet darbiet fil-ġimgħa. Fiż-żoni l-oħrajn it-test isir kull ħamest jew sebat ijiem.

Fil-preżent Hanoi qiegħ­ed ikollha medja ta’ 50 każ kuljum, u minn kemm ilha li bdiet il-pandemija kellha 4,000 każ. 

Minkejja li dawn in-num­ru huma baxxi, l-awtoritajiet huma mħassbin ħafna dwar il-varjant Delta li qiegħed iwassal biex il-każi madwar il-pajjiż ikomplu jiżdiedu tant li issa qabżu l-524,000 każ.

Sport