Friday, November 15, 2024

Mo Farah jiżvela l-vera identitá tiegħu …  mhux se titneħħielu ċ-ċittadinanza Ingliża

Aqra wkoll

Mo Farah illum ġie assigurat mill-Uffiċċju tal-Intern fl-Ingilterra li mhux se tineħħielu ċ-ċittadinanza Ingliża jew jiġi deportat mid-dar tiegħu ta’ Surrey wara li l-atleta żvela li kien qed jgħix gidba – inkluż li ismu veru hu Hussein Abdi Kahin u li l-identità tiegħu nsterqet mingħand tifel ieħor.

L-aqwa atleta Brittaniku fuq distanza twila, ta’ 39 sena, qal li kien traffikat fir-Renju Unit meta kellu madwar tmienja jew disa’ snin u qatta’ l-ewwel snin tiegħu bħala skjav domestiku għal mara li qatt ma kien iltaqa’ qabel.

F’dokumentarju tal-BBC, The Real Mo Farah, li se jixxandar għada filgħaxija, il-missier ta’ erbat itfal jitlob skuża talli gideb dwar l-identità tiegħu u l-qerq fl-awtobijografija tiegħu tal-2013. Huwa ngħata ċittadinanza Brittanika fl-2000, ingħata CBE fl-2013 u mbagħad ingħata t-titlu ta’ kavallier mir-Reġina fl-2017 taħt ismu falz.

Iżda minkejja l-ammissjoni tiegħu stess li kien immigrant illegali li n-nazzjonalità Ingliża tiegħu nkisbet bi frodi, illum ġie assigurat mill-Uffiċċju tal-Intern li mhux se titneħħielu ċ-ċittadinanza Ingliża jew jiġi deportat mid-dar tiegħu ta’ Surrey wara li l-atleta stilla żvela li hu tabilħaqq kien qed jgħix gidba.

Wieħed mill-uffiċjali tal-Uffiċċju tal-Intern qal li ‘mhu se tittieħed ebda azzjoni kontra Sir Mo u min jissuġġerixxi mod ieħor huwa żbaljat’. Dan għaliex bħala tifel ta’ disa’ snin ma kellu l-ebda kontroll li jiġi traffikat fl-Ingilterra – u kien ukoll taħt l-età ta’ responsabbiltà kriminali, li hija ta’ għaxar snin fir-Renju Unit.

Illum Mo Farah kien imfaħħar bħala ‘verament ta’ ispirazzjoni’ mill-politiċi u l-istilel ewlenin tal-isport.

Fil-film jidher jibki hekk kif jiżvela li : ‘Ħafna nies jafuni bħala Mo Farah, imma mhux ismi jew mhux ir-realtà. L-istorja vera hi li twelidt fis-Somaliland, fit-Tramuntana tas-Somalja, bħala Hussein Abdi Kahin. Minkejja dak li għidt fil-passat, il-ġenituri tiegħi qatt ma għexu fir-Renju Unit.

‘Meta kelli erba’ snin, missieri inqatel fil-gwerra ċivili. Infridt minn ommi, u dħalt fir-Renju Unit illegalment taħt l-isem ta’ tifel ieħor jismu Mohamed Farah.

‘Li tkun tista’ tiffaċċjaha u titkellem dwar il-fatti, kif ġraw, għaliex ġraw, hija iebsa. Il-verità hi li jien mhux min taħseb li jien. U issa tkun xi tkun l-ispiża, għandi bżonn nirrakkonta l-istorja vera tiegħi”.

Hu jżid li: ‘L-iktar ħaġa diffiċli hi li nammetti lili nnifsi li xi ħadd mill-familja tiegħi stess seta’ kien involut fit-traffikar tiegħi.’

Sir Mo, li l-iben il-kbir tiegħu huwa Hussein – li issa ġie żvelat li huwa l-veru ismu – żvela li kellu jsajjar, inaddaf, ibiddel il-ħrieqi u jaħsel lil ulied l-omm bla isem ‘jekk ried jiekol’.

Jgħid li l-mara, li għadha maħsuba li tgħix f’Hounslow, qaltlu li: ‘Jekk xi darba trid terġa’ tara l-familja tiegħek, tgħid xejn’. ‘Ħafna drabi kont nissakkar fil-kamra tal-banju u nibki waħdi’.

Waqt id-dokumentarju, Sir Mo jżur id-dar li kien jgħix fiha ma’ zijuh f’Djibouti, minn fejn ġie ttraffikat. Huwa jżur ukoll lil ommu Aisha u lill-familja fis-Somaliland.

Mo jitkellem ukoll mal-veru Mohamed Farah – u jirringrazzjah talli ħallieh juża ismu.

Martu ta’ 12-il sena, Tania Farah, qalet li tgħallmet il-verità biss qabel it-tieġ tagħhom tal-2010 hekk kif indunat li ‘kien hemm ħafna biċċiet neqsin fl-istorja tiegħu’. Inizjalment huwa ċaħad li kien qed jigdeb iżda eventwalment hi ‘għafsietu bl-interrogazzjoni’ u finalment qal il-verità.

Uliedu wkoll jidher li tgħallmu l-verità dan l-aħħar. ‘Din hi r-raġuni ewlenija biex ngħid l-istorja tiegħi għax irrid inħossni normali,’ huwa qal.

Ekonomija

Sport