Fiż-żmien li ġej, se jkunu qegħdin jiġu introdotti numru ta’ mobility hubs għal dawn li jagħżlu li jivjaġġaw b’mod alternattiv għal dawk li jibqgħu favur li jivjaġġaw bil-vetturi privati tagħhom.
Iddikjara dan il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia waqt li kien qiegħed jitkellem dwar l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-ordinanza dwar ir-regolamenti tat-traffiku.
Il-Ministru Farrugia qal li l-ewwel hub se jkun biswit Bieb il-Bombi u hemmhekk se jkun hemm rack għar-roti u anke posti fejn ċiklisti jinħaslu qabel ikunu jistgħu jivjaġġaw l-aħħar ftit metri biex jidħlu għax-xogħol.