Saturday, November 16, 2024

Moderna temmet l-iskrizzjoni tal-istudju tat-tielet fażi tat-tilqima kontra l-Covid19

Aqra wkoll

Il-kumpanija Moderna lestiet it-tielet fażi marbuta mal-ittestjar tat-tilqima kontra l-Covid19.

It-30,000 parteċipant għall-istudju Phase 3 COVE issa ġew irreġistrati.  L-istudju Phase 3 COVE kien iddisinjat biex jevalwa l-parteċipanti fl-ogħla riskju ta’ mard sever relatat ma’ COVID-19.

Jirriżulta li 42% tal-parteċipanti totali fl-istudju Phase 3 COVE huma minn gruppi ta’ riskju mediku, fosthom aktar minn 7,000 parteċipant irreġistrati għandhom aktar minn 65 sena. 

Ta’ min jgħid li aktar minn 5,000 parteċipant irreġistrati huma taħt l-età ta’ 65 iżda għandhom mard kroniku ta’ riskju għoli li jpoġġuhom f’riskju akbar ta’ COVID-19 sever, bħad-dijabete, obeżità severa u mard kardijaku.

Moderna ħadmet ukoll biex tiżviluppa vaċċin għal kulħadd, inklużi komunitajiet li storikament ma kinux rappreżentati biżżejjed fir-riċerka klinika u huma milquta b’mod sproporzjonat minn COVID-19. Aktar minn 11,000 parteċipant irreġistrati huma minn komunitajiet minoritarji, li jirrappreżentaw 37% tal-popolazzjoni studjata. Dan jinkludi 6,000 parteċipant li jidentifikaw bħala Hispanic jew LatinX, u aktar minn 3,000 parteċipant li jidentifikaw bħala Black jew African American.

“It-tlestija tar-reġistrazzjoni tal-istudju Phase 3 COVE huwa tragward importanti għall-iżvilupp kliniku ta’ mRNA-1273, il-kandidat tal-vaċċin tagħna kontra COVID-19. Aħna midjunin mal-parteċipanti kollha fl-istudju. Nixtiequ wkoll nirringrazzjaw lill-investigaturi u l-imsieħba tagħna f’siti ta’ provi kliniċi, inklużi l-imsieħba tagħna mill-PPD u l-NIH, kif ukoll lit-tim dedikat ta’ Moderna għall-appoġġ tagħhom fit-tlestija tar-reġistrazzjoni,” qal Stéphane Bancel, Kap Eżekuttiv ta’ Moderna. “Moderna hija impenjata għal riċerka xjentifika rigoruża u l-ogħla standards ta’ kwalità tad-dejta. Aħna se nkomplu naħdmu b’kollaborazzjoni mar-regolaturi biex nimxu ‘l quddiem lejn l-mRNA-1273, li nittamaw li se jgħin biex tingħeleb l-imxija ta’ COVID-19”, qalet il-kumpanija Moderna.

Ekonomija

Sport