Thursday, December 26, 2024

Moderna tgħid li l-vaċċin tagħha huwa effettiv fuq 94.5% tan-nies

Aqra wkoll

Moderna llum qalet li l-vaċċin sperimentali tagħha għandu rata effettiva ta’ 94.5% fil-prevenzjoni tal-Covid-19. Dan ħareġ minn informazzjoni li kienet ippubblikata minn test kliniku. Għaldaqstant Moderna hija t-tieni kumpanija Amerikana fi żmien ġimgħa li rrapportat riżultati li jeċċedu dak mistenni.

L-informazzjoni ppubblikata tindika li l-vaċċin huwa effettiv ħafna fil-prevenzjoni tal-infettività tal-virus fin-nies u anke huwa effettiv fl-etajiet kollha anke fl-anzjani.

Moderna qalet li t-test kliniku finali tal-vaċċin għadu għaddej u jinkludi l-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 30,000 persuna fl-Istati Uniti.

Ekonomija

Sport