Moderna Inc. waħda mill-kumpaniji li qed tforni lid-dinja bil-vaċċin għal kontra l-pandemija COVID-19, ikkonfermat li ġabret 764,900 doża tal-vaċċin. Dan wara li Rovi, wieħed mill-manifatturi tal-vaċċin u li huwa taħt kuntratt ma’ Moderna, żvela kif kien hemm kontaminazzjoni f’xi vaċċini.
Minkejja din il-manuvra proattiva, il-kumpanija Moderna qalet li ma jidher li hemm l-ebda lok ta’ riskju jew allarm.