Thursday, January 16, 2025

“MOGĦDIJIET– ħajti fil-raħal li darba kien, fil-ġurnaliżmu u Malta li baqgħet tinbidel”

Aqra wkoll

Il-pubblikazzjoni minn  John Inguanez tiġbor fiha l-ħajja, it-taqlib, l-inkwiet u l-ferħ ta’ żagħżugħ minn raħal tipikament Malti li javvanza bil-ħidma tiegħu lejn karigi għolja fil-qasam radjufoniku u televiżiv Malti. Il-ktieb fih l-esperjenzi u fehmiet tal-awtur bi stil mexxej u konċiż ta’ ġurnalist prattiku u mimli esperjenza.

Il-kittieb, li ma kien iżomm ebda djarju iżda żamm l-karti l-aktar importanti fil-karriera tiegħu, baqa’ uman fil-kitba anke jekk f’xi waqtiet toħroġlu ċerta rabja u wġigħ.

Il-kitba hija ta’ xejra awtobijografika iżda din ma telfitx lill-awtur milli jirrakkonta l-istorja mill-perspettiva tiegħu.

Il-pubblikazzjoni għandha tinteressa mill-qrib l-istudenti tal-komunikazzjoni, il-midja in ġenerali, studenti tal-istorja soċjo-politika u qarrejja ta’ melitensia.

Wieħed jista’ jgħid li l-ktieb huwa mqassam fi tliet partijiet ewlenin: it-trobbija u  l-ħajja ta’ żmienu f’Ħal Għaxaq; it-tieni parti dwar il-ħajja tax-xogħol; u t-tielet parti dwar diversi avveniment tal-awtur. 

Il-ktieb jista’ jinxtara mill-ħwienet tal-kotba jew mingħand l-awtur [email protected]

Dil-pubblikazzjoni kienet megħjuna mill-Fond Malti tal- Ktieb 2023 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għak kotba fl-ilsien Malti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport