Friday, December 13, 2024

Mogħtija l-warrants lil erba’ prokuraturi legali ġodda

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza Edward Zammit Lewis ippreżenta l-warrants lil erba’ prokuraturi legali ġodda wara li wrew il-kompetenza tagħhom li jeżerċitaw din il-professjoni legali.

Il-Ministru Zammit Lewis awgura lill-prokuraturi legali l-ġodda, filwaqt li saħaq li huwa d-dmir tagħhom li jiggarantixxu aċċess għall-ġustizzja u rappreżentanza legali tajba lil kull ċittadin. Qal ukoll li għandhom iwettqu dmirhom bis-serjetà u b’rispett sħiħ lejn il-kostituzzjoni, il-liġijiet u r-regolamenti kollha tal-pajjiż.

Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm ukoll l-Avukat tal-Istat Dr Chris Soler, il-President tal-Kamra tal-Prokuraturi Legali Dr Gerald Bonello, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati Ms Eunice Grech Fiorini, u l-Viċi Kap tal-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati Dr Vanessa Grech.

Ekonomija

Sport