Saturday, December 28, 2024

Mohamed Camara segwit minn Real Madrid

Aqra wkoll

Real Madrid ħejjew offerta għall-midfielder ta’ Red Bull Salzburg, Mohamed Camara.

Il-player ta’ 22 sena lagħab maċ-champions Awstrijaċi għal dawn l-aħħar tliet staġuni, wara li ngħaqad mal-club mingħand Liefering fis-sajf tal-2019.

Wara li impressjona matul 16-il dehra tal-kampjonat s’issa matul dan l-istaġun, kif ukoll seba’ logħbiet taċ-Champions League, iż-żmien tiegħu f’Salzburg jista’ jintemm fis-sajf.

Dan hekk kif il-player internazzjonali tal-Mali qed jiġi segwit mit-team immexxi minn Carlo Ancelotti bħala sostitut tal-midfielder difensiv, Casemiro.

Jingħad li l-coach Taljan emfasizza dak il-qasam bħala dgħjufija meta l-Brażiljan ma jkunx disponibbli, u Camara huwa wieħed minn sitt players li qed jiġu segwiti mil-Los Blancos.

Aurelien Tchouameni ta’ Monaco, Fabian Rieder ta’ Young Boys, Ryan Gravenberch ta’ Ajax, Franck Kessie ta’ AC Milan u l-ex midfielder ta’ Newcastle United Mikel Merino jingħad li huma l-ħames għażliet l-oħra.

Ekonomija

Sport