Mohamed Salah jinsab ferm viċin li jiftiehem kuntratt ġdid li jżommu ma’ Liverpool sakemm jirtira.
It-termini attwali taż-żagħżugħ ta’ 29 sena f’Anfield għandhom jiskadu f’inqas minn 18-il xahar, u negozjati twal ma wasslux għal soluzzjoni pożittiva matul dawn l-aħħar xhur.
Barcelona u Real Madrid it-tnejn qed jissemmew li qed iżommu ħarsithom mill-qrib fuq l-iżviluppi, b’rapport riċenti jsostni li Salah kien ‘ittentat ħafna’ li jħalli lir-Reds.
Madankollu, issa huwa mifhum li Salah fl-aħħar jinsab viċin li jiffirma kuntratt għal għomru ma’ Liverpool, li jarah ikompli jilgħab f’Merseyside għall-kumplament tal-karriera tiegħu bħala player.
Salah ċeda fuq it-talbiet preċedenti tiegħu ta’ £500k fil-ġimgħa, u l-għan ewlieni tiegħu dejjem kien li jibqa’ ma’ Liverpool, sakemm is-salarju tiegħu jirrifletti l-valur tiegħu għall-club.
L-ex player ta’ Chelsea u Roma skorja 28 goal u pprovda 10 assists f’37 logħba għar-Reds f’dan l-istaġun, u b’hekk it-total tiegħu wassal għal 153 goal u 57 assist f’240 partita mill-wasla tiegħu fl-2017.