L-attakkant internazzjonali Eġizzjan, Mohamed Salah, jinsab frustrat għall-fatt li l-club ta’ Liverpool għadu ma offra l-ebda kuntratt ġdid.
Jingħad li huwa jrid itemm il-karriera tiegħu f’Anfield minkejja li bosta clubs kbar madwar l-Ewropa jinsabu nteressati fis-servizzi tiegħu.
Il-kuntratt tiegħu jintemm f’Ġunju 2023 iżda huwa jinsab sorpriż kien it-taħditiet waqfu min-naħa tal-club.
Barra minn hekk, il-partitarji jinsabu rrabjati għad-diriġenti Amerikani li qed ikaxkru saqajhom għal kuntratt ġdid b’żieda fis-salarju hekk kif huwa wieħed mill-aqwa players tal-era tal-coach Jurgen Klopp.