Thursday, December 26, 2024

Mohamed Salah itenni x-xewqa tiegħu li jibqa’ ma’ Liverpool

Aqra wkoll

Mohamed Salah tenna x-xewqa tiegħu li jibqa’ ma’ Liverpool u saħaq li m’għamilx talbiet ta’ kuntratt “ta’ barra minn hawn” lir-Reds.

L-internazzjonali Eġizzjan daħal fl-aħħar 18-il xahar tal-ftehim eżistenti tiegħu f’ Merseyside, b’taħditiet dwar kuntratt ġdid li jduru fl-isfond iżda li għad iridu jwasslu għal soluzzjoni pożittiva.

Rapporti fil-ħarifa ssuġġerew li Salah kien qed jitlob kuntratt enormi ta’ £500k fil-ġimgħa biex jestendi l-esperjenza tiegħu ma’ Liverpool, iżda l-ex player ta’ Chelsea ċaħad li għamel talbiet għal termini finanzjarji ‘ta’ barra minn hawn’.

Salah qal: “Irrid nibqa’ ma’ Liverpool, imma mhux dan ma jiddependix minni. Huwa f’idejhom. Jafu dak li rrid. Jien mhux qed nitlob għal affarijiet ta’ barra minn hawn. Il-ħaġa hija meta titlob xi ħaġa u juruk li jistgħu jagħtuk xi ħaġa għax japprezzaw dak li tkun għamilt għall-club.”

“Jien ilni hawn għall-ħames snin tiegħi issa. Naf lill-club tajjeb ħafna. Inħobb lill-partitarji u huma jħobbuni wkoll.”

Salah irreġistra 23 goal u disa’ assists f’26 dehra għat-team ta’ Jurgen Klopp dan l-istaġun, u huwa se jkun fl-azzjoni għall-Eġittu kontra n-Niġerja fit-Tazza tan-Nazzjonijiet tal-Afrika t-Tlieta wara nofsinhar.

Ekonomija

Sport