Saturday, December 21, 2024

Mohamed Salah jibqa’ barra mill-aqwa XI tal-FIFPro

Aqra wkoll

Tħabbret il-lista ta’ 23 nominat għat-Team tas-Sena FIFPRO 2021, bil-XI se jitħabbru bħala parti miċ-ċerimonja ta’ The Best FIFA Awards fis-17 ta’ Jannar, 2022.

Sergio Busquets u Jordi Alba huma l-uniċi żewġ players Spanjoli nklużi, filwaqt li Barcelona se jkollhom żewġ players oħra bit-tama li jagħmlu l-XI hekk kif Dani Alves u Frenkie de Jong ġew nominati. Minn x’imkien ieħor f’La Liga, Karim Benzema u David Alaba ta’ Real Madrid qed jikkontestaw li jagħmlu l-XI.

Edizzjonijiet preċedenti raw 55 player no­mi­nati, iżda din is-sena dan in-numru naqas għal 23 għall-ewwel darba. Daqs 18,947 vot ġew mitfugħa minn players minn 69 pajjiż differenti.

Id-difensur ta’ Barcelona, Dani Alves, huwa nominat sorpriża, meta qatta’ parti konsiderevoli tas-sena mingħajr ma jilgħab il-football.

Mohamed Salah ta’ Liverpool huwa forsi l-aktar assenza notevoli, filwaqt li lanqas m’hemm lok għal Cesar Azpilicueta, Giorgio Chiellini, Toni Kroos u Luka Modric.

Il-lista sħiħa tal-players nominati hija din:

Goalkeepers: Alisson Becker (Liverpool u Brażil), Gianluigi Donnarumma (Milan/Pa­ris St-Germain u Italja), Edouard Mendy (Chelsea u Senegal).

Difensuri: David Alaba (Bayern Munich/Real Madrid u Awstrija), Jordi Alba (Barcelona u Spanja), Dani Alves (Sao Paulo/Barcelona u Brażil), Trent Alexander-Arnold (Liverpool u Ingilterra), Leonardo Bonucci (Juventus u Italja), Ruben Dias (Manchester City u Portugall).

Midfielders: Sergio Busquets (Barcelona u Spanja), Kevin De Bruyne (Manchester City u Belġju), Frenkie de Jong (Barcelona u Olanda), Bruno Fernandes (Manchester United u Portugall), Jorginho (Chelsea u Italja), N’Golo Kante (Chelsea u Franza).

Attakkanti: Karim Benzema (Real Madrid u Franza), Erling Haaland (Borussia Dortmund u Norveġja), Robert Lewandowski (Bayern Munich u Polonja), Romelu Lukaku (Inter/Chelsea u Belġju), Kylian Mbappe (Paris St-Germain u Franza), Lionel Messi (Barcelona/Paris St-Germain u Arġentina), Neymar (Paris St-Germain u Brażil), Cristiano Ronaldo (Juventus/Manchester United u Portugall).

Ekonomija

Sport