L-attakkant ta’ Liverpool, Mohamed Salah, rebaħ l-unur tal-Player tas-Sena fl-Ingilterra mill-Football Writers’ Association (FWA).
L-internazzjonali Eġizzjan skorja 30 goal f’dan l-istaġun biex qed jgħin lit-team tiegħu jiġri wara l-qaudruple.
Huwa diġá rebaħ il-League Cup meta fi Frar li għadda, ir-Reds għelbu lil Chelsea bl-għoti tal-penalties.
Min-naħa l-oħra, Sam Kerr, rebħet l-unur femminili. Hija għandha 28 sena u bħal Salah hija l-aqwa skorer tal-kampjonat tan-nisa u għenet lil Chelsea jikkwalifikaw għall-finali tal-FA Cup kontra Manchester City, f’Mejju li ġej.
“Salah u Kerr kienu eċċellenti dan l-istaġun, u kisru r-rekords għall-club u għall-pajjiż tagħjom,” qalet il-president tal-FWA Carrie Brown.