It-trasferiment tal-attakkant internazzjonali Eġizzjan ta’ Liverpool, Mohamed Salah, huma magħluq biex jingħaqad mal-club tal-Arabja Sawdija, Al-Ittithad.
Fil-veritá, minbarra li Liverpool qatt ma riedu jinnegozjaw dan it-trasferiment, kien hemm ħafna komplikazzjonijiet.
Il-club Sawdi wera l-interess fis-servizzi ta’ dan il-player ta’ 31 sena tard wisq biex Liverpool setgħu jsibu s-suċċessur tiegħu. Barra minn hekk filwaqt li s-suq tat-trasferimenti għalaq ilbieraħ fil-Lvant Nofsani, dak Ewropew għalaq il-Ġimgħa li għadda.
Peró, Al-Ittihad għandhom ‘pjan B’ hekk kif se jirritornaw f’Jannar li ġej biex jiksbu l-firma tiegħu.
Eventwalment, Al-Ittihad għamlu tliet offerti. L-ewwel waħda kienet ta’ £150 miljun li ġiet rifjutata. It-tieni kienet £200 miljun u mbagħad għollewha għal £218-il miljun.
Iżda minkejja din is-somma stratosferika, ir-Reds qatt ma dehru li kienu se jċedu lil dan il-player ġawhra.
Peró, jidher li sar ftehim li jekk sa Jannar Liverpool ma jkunux fl-isfida għar-rebħ tal-Premier League Ingliż, huma jkunu lesti li jpoġġu madwar mejda biex Salah jingħaqad magħhom.
F’dak ix-xahar Salah ikun nieqes għal xahar minħabba t-Tazza Afrikana.