Friday, November 15, 2024

Mohamed Salah se jġedded għal £380,000 fil-ġimgħa

Aqra wkoll

Rapporti fil-media Ingliża qed isostnu li l-attakkant internazzjonali tal-Eġittu, Mohamed Salah, jinsab ferm viċin li jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Liverpool. 

Qed jingħad li ż-żewġ partijiet waslu għal ftehim ta’ salarju ta’ £380,000 fil-ġimgħa wara li l-players ta’ 29 sena kien qed jitlob £500,000 fil-ġimgħa. 

Iżda l-club mill-ewwel ġurnata għamilha ċara li ma kienx beħsiebu jkisser l-istruttura tas-salarji. 

B’hekk wara taħditiet ta’ xhur sħaħ, jidher li se jintlaħaq ftehim għal din il-paga li se tammonta għal £80 miljun fuq medda ta’ erba’ snin. 

Ekonomija

Sport