Friday, November 22, 2024

Mohamed Salah se jibqa’ ma’ Liverpool

Aqra wkoll

Minkejja rapporti li l-attakkant Eġizzjan, Mohamed Salah, kien se jitlaq lil Liverpool biex jingħaqad mal-club Sawdi, Al-Ittihad, il-player ta’ 31 sena sostna li se jibqa’ jilgħab f’Anfield. 

Huwa jista’ jiċċaqlaq sa nhar il-Ħamis għax minkejja li s-suq tat-trasferimenti fl-Ewropa huwa magħluq, dak fil-Lvant Nofsani għadu miftuħ sa nhar il-Ħamis li ġej f’nofs il-lejl.

Liverpool irrifjutaw tliet offerti mingħand Al-Ittihad u konxji mill-fatt li għad fadal biss ftit jiem biex jintemm is-suq tat-traferimenti, nhar is-Sibt li għadda, huma għollew l-offerta għal £200 miljun. Barra minn hekk, huma kienu lesti li jagħtu lil Salah salarju ta’ €1.5 miljuni fil-ġimgħa. 

Peró huwa ddeċieda li jibqa’ mar-Reds minħabba li ma sabux sostitut denju għalih. Madankollu l-interess mhux se jintemm ħesrem hekk kif teżisti possibbiltá li dan it-trasferiment iseħħ f’Jannar li ġej. 

Dan minħabba li filwaqt Liverpool ikunu ddentifikaw is-sostitut tiegħu, Salah innifsu se jkollu jitlaq għal madwar sitt ġimgħat biex jilgħab fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani ma’ pajjiżu. 

U l-fatt li għandu 31 sena u l-eventwali destinazzjoni tiegħu hija l-Arabja Sawdija, Liverpool ikunu jridu jdaħ­ħlu somma kbira tiegħu hekk kif fadallu sentejn biex jintemmlu l-kuntratt f’Anfield. 

Sport