Friday, November 15, 2024

Mohamed Salah viċin li jiffirma kuntratt ġdid ma’ Liverpool

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Liverpool, Mohamed Salah, qed joqrob lejn l-iffirmar ta’ kuntratt ġdid mal-club.

Bil-ftehim attwali tal-internazzjonali Eġizzjan li se jiskadi fis-sajf tal-2023, l-ispekulazzjoni kienet mifruxa dwar il-futur tiegħu fl-aħħar xhur.

In-negozjati bejn il-player u l-club ilhom jitkaxkru għal ftit wara li Salah ammetta fl-2020 li mhux se jeskludi bidla għal Barcelona jew Real Madrid fil-futur.

Salah preċedentement ta x’jifhem li jrid jikseb ftehim biex jibqa’ ma’ Liverpool, sakemm it-talbiet tiegħu ġew sodisfatti u l-valur tiegħu għat-team ikun rikonoxxut.

Madankollu, il-prospett li s-sena d-dieħla jitlef lil Salah b’xejn wassal għal suġġerimenti li r-Reds jistgħu jiġu sfurzati jagħmlu bejgħ dan is-sajf fost rabtiet ma’ clubs Spanjoli u Paris Saint-Germain.

Ekonomija

Sport