L-attakkant ta’ Juventus Moise Kean jerġa’ jirritorna jilgħab fil-kampjonat Premier Ingliż hekk kif qed iżid l-interess ta’ żewġ clubs partikolari u dawn huma Leeds United u Newcastle United.
Minkejja kollox, l-ex team tiegħu Everton xorta għad fadlilhom jieħdu xi ħaġa tal-flus mingħand Juventus u għalhekk sabiex ir-rappreżentant ta’ Kean ikun jista’ jwettaq dan it-trasferiment irid jinnegozja kemm mal-Bianconeri kif ukoll mat-Toffees.
Mill-banda l-oħra, jidher li Kean ma tantx hu fil-pjanijiet tal-coach ta’ Juventus Massimiliano Allegri hekk kif fl-istaġun li għadda ddiżappunta ferm fil-wirjiet tiegħu.