Friday, November 15, 2024

Moises Caicedo jiddikjara li jrid iħalli lil Brighton … biex jingħaqad ma’ Arsenal

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ Brighton, Moises Caicedo, iddikjara pubblikament li jrid iħalli lill-club biex jingħaqad ma’ Arsenal wara li dawn għamlu offerta ta’ £60 miljun. 

Il-leaders tal-Premier League raw l-offerta tagħhom għal Caicedo miċħuda nhar il-Ġimgħa wara li Brighton saħqu li l-player ma jinsabx għall-bejgħ.

Chelsea esprimew interess fil-player ta’ 21 sena aktar kmieni dan ix-xahar, bl-offerta tagħhom ta’ £55 miljun tkun miċħuda wkoll. 

Brighton diġà tilfu lil Leandro Trossard li ngħaqad ma’ Arsenal fil-jiem li għaddew, bil-manager Roberto De Zerbi ħerqan li jżomm l-iskwadra tiegħu sas-sajf.

Caicedo rringrazzja lis-sid ta’ Brighton Tony Bloom talli ġabu l-Ingilterra fl-2021 filwaqt li sostna li dejjem ta l-massimu tiegħu lis-Seagulls.

Huwa ngħaqad ma’ Brighton mingħand Independiente del Valle għal £4.5 miljun.

Huwa sostna li l-ħolma tiegħu hija li jsir wieħed mill-aktar plejers imżejna fl-istorja tal-football Ekwadorjan wara li ġej minn ‘trobbija fqira’ f’Santa Domingo. 

Huwa ġie kkwotat li qal: “Ninsab grat lejn is-Sur Bloom u lejn Brighton talli tawni ċ-ċans li niġi fil-Premier League u nħoss li dejjem għamilt l-almu tiegħi għalihom. Jien dejjem nilgħab il-football bi tbissima u b’qalbi.

“Jien l-iżgħar fost 10 aħwa minn trobbija fqira f’Santa Domingo fl-Ekwador. Il-ħolma tiegħi dejjem li nkun l-iktar player imżejjen fl-istorja tal-Ekwador.”

Ekonomija

Sport