Mojtaba Khamenei, iben Ayatollah Ali Khamenei ġie magħżul bħala l-Mexxej Suprem il-ġdid tal-Iran u dan wara li Khamenei nqatel f’attakk minn Iżrael.
Kien l-istazzjoni nazzjonali Iranjan li ħabbar li Mojtaba kien ġie elett bħala l-mexxej il-ġdid u b’mod immedjat l-uffiċjali kollha tal-Gvern u anke l-armata wegħdu lealta lejhom.
Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump f’ewwel reazzjoni tiegħu għal din l-aħbar qal li hu mhux kuntent b’din l-għażla.
Min-naħa tiegħu Mojtaba li fl-attakk minn Iżrael tilef lil martu wkoll qal li żmien in-negozjati mal-Istati Uniti għadda u l-Iran se joħroġ rebbieħ f’din il-gwerra.
Mojtaba Khamenei għandu 57 sena u huwa t-tieni iben mis-sitt ulied ta’ Ayatolla Ali Khamenei.

