AS Monaco ħabbru permezz tas-sit soċjali tagħhom fuq Twitter li neħħew lill-coach Philippe Clement mill-kariga. Dan tal-aħħar għandu 40 sena u kien ilu mat-tim mill-Prinċipat sa minn Jannar 2022 u fl-istess staġun wassal lit-tim sat-tielet post tal-klassifika.
Matul dan l-istaġun, ix-xorti donnha ma kinitx mat-tim hekk kif setgħu jispiċċaw biss fis-seba’ post, ‘il bogħod mill-objettivi staġjonali li poġġew l-ogħla awtoritajiet tal-klabb. Dan ir-riżultat wassal ukoll sabiex Monaco jibqgħu barra mill-kompetizzjonijiet Ewropej.
Monaco bdew it-tħejjijiet tagħhom sabiex isibu kowċ ieħor sabiex jieħu post Clement.