Monin, kumpanija globali ewlenija ta’ prodotti b’togħmiet bnini, bi pjaċir qed tħabbar il-prodotti PURE by Monin, għażla ġdida ta’ tmien konċentrati innovattivi bl-essenza ta’ togħmiet naturali – maħsubin għal dawk li jixtiequ jgawdu x-xarbiet favoriti tagħhom b’inqas kaloriji.
PURE by Monin toffri mod rifreskanti kif tgawdi xarbiet ta’ kwalità mingħajr żieda ta’ zokkor jew zakkarina. Kull konċentrat magħmul biss bil-meraq u t-togħmiet naturali tal-frott, u għalhekk għandu togħma awtentika, b’xejn miżjud magħha, kif mixtieqa mill-konsumaturi tal-lum li qed ifittxu iżjed trasparenza u tjubija fl-ikel u x-xorb.
“PURE hu aktar minn sempliċi prodott, huwa t-tweġiba għall-istil tal-ħajja tal-konsumaturi li qed jevolvi u li qed ifittxu xarbiet b’inqas zokkor u b’togħma bnina,” qalet Petra Soler, Brand Executive ta’ Monin.
Din l-għażla l-ġdida tinkludi l-varjetajiet Red Berries, Mint, Cucumber, Peach Apricot, Green Apple, Mango, Lemon Lime u Pink Grapefruit. PURE by Monin ideali għal xarbiet baxxi fiz-zokkor jew bla zokkor. Kemm meta tkun tixtieq tqawwi t-togħma tal-iced teas, il-luminati, u l-cocktails, jew iżżid it-togħma fl-ilma, PURE jgħinuk tagħmel dan faċilment billi xorta waħda żżomm stil ta’ ħajja bilanċjat.
PURE by Monin issibhom minn Farsonsdirect l-Imrieħel jew online www.farsonsdirect.com.