Każ li kien ixxokkja u qajjem diskussjoni kbira kienu l-abbużi sesswali minn membri tal-kleru f’Nebraska fl-Istati Uniti. Wieħed minn dawk li kien issemma’ kien Monsinjur Jerome Murray li kien juża tattiċi, rigali u logħob bħala nases għall-vittmi subien tiegħu li l-età medja tagħhom kienet ta’ 11-il sena. Murray daħal qassis fl-1949 u baqa’ fid-djoċesi ta’ Nebraska, fl-Istati Uniti sal-1999.
Fl-iskandlu li ħareġ minn rapport investigattiv dwar abbużi sesswali minn uffiċjali tal-Knisja, ħareġ isem dan il-qassis fejn jingħad li bejn is-snin 60 u 70, f’York, Nebraska, huwa abbuża kemm fiżikament, kif ukoll sesswalment minn għadd ta’ studenti, abbatini u membri tal-iscouts.
It-tattika manipulattiva li kien juża Murray kienet dik magħrufa bħala “grooming” fejn fin fin u permezz ta’ “rigali” kien jagħżel il-vittmi tiegħu u jabbuża sesswalment minnhom. Minn stediniet biex jaraw films, jagħtihom x’jieklu, logħob tal-idejn, logħob biex jinżgħu bħal strip poker, wrestling u qbiż fuq xulxin, dan il-Monsin- jur sar magħruf sew li jinża’, ibagħbas u jimmasturba quddiem u lill-istudenti.
Bla kuxjenza dan il-Monsinjur kien juża l-pożizzjoni ta’ fiduċja u awtoritatevoli li kellu għall-gratifikazzjonijiet perversi tiegħu fejn f’okkaż- jonijiet minnhom kien jabbuża minn aktar minn vittma waħda f’daqqa.
Fost esperjenzi xokkanti jingħad li Murray kien anke wasal biex iniżżel il-qalziet quddiem it-tfal u jġiegħel- hom ipoġġu fuq il-parti inti- ma tiegħu meta kien ovvju li kien eċċitat ħafna.
It-trawmi tal-attakki sesswali sofruti mill-vittmi ta’ Murray kienu serji ħafna fejn il-maġġor- parti tagħhom kienu qagħdu lura milli jitkellmu minħabba li stħaw minn dak li ġral- hom mentri oħrajn beżgħu minħabba li l-istess qassis talbhom iżommu kollox mistur għax dak li ġara kien “sigriet bejnek, bejni u bejn Alla”.
Fid-depożizzjoni tad-djoċesi jingħad li fil-file hemm elenkati għadd ta’ persuni li sostnew li Murray kien magħruf pubblikament li “kellu attitudni sesswali fil-konfront tal-istudenti”. Huwa allegat li l-membri tal-bord tal-iskola kienu ltaqgħu mar-rappreżentan- ti tad-djoċesi u talbu biex Murray jitkeċċa mill-iskola.
Dawn it-tentattivi kienu xxejjnu minn reżistenza mill-istess djoċesi sakemm il-ġenituri ma kellhomx triq oħra ħlief li jheddu li jekk ma titteħidx azzjoni interna u Murray jibqa’ ma’ saqajn uliedhom, huma kienu lesti li jikxfu kollox mal-Pulizija.
Fil-fatt, minħabba pressjoni kbira, f’Diċembru tal-1974 Murray tneħħa mill-parroċċa u mill-iskola f’York iżda fil-file m’hemmx imniżżla dettalji fir-rigward. Il-file ma fihx lanqas infor- mazzjoni dwar is-servizz ta’ dan il-Monsinjur fid-djoċesi bejn l-1975 sakemm irtira fl- 1999.
Il-fakultajiet ta’ qassis kienu revokati u l-ministeru pubbliku tiegħu kien ġie ristrett mill-2002 sal-2005. Ebda allegazzjoni fil-konfront ta’ Murray ma kienet irrapportata lill-forzi tal-ordni sas-sena 2018. Huwa miet fl-2016.

