Morgan Rogers ta’ Aston Villa jista’ jkun ferm impenjat matul dan is-sajf, hekk kif sit elettroniku Ingliż qed jirrapporta li l-midfielder qed jiġbed l-interess minn Chelsea, Liverpool, u l-eks klabb ta’ Manchester City.
Rogers għandu 22 sena u skorja 11-il gowl f’45 partita mal-Villains. Fil-passat hu kien jilgħab ma’ West Bromwich Albion, Manchester City, Blackpool u Bournemouth.