Il-belta kapitali Russa, Moska, sfat attakkata minn diversi drones matul il-lejl ta’ bejn it-Tnejn u Tlieta, iżda ma ġew rappurtati ebda mwiet.
Is-Sindku ta’ Moska, Sergei Sobyanin, qal li l-kapitali Russa ntlaqtet minn attakk ta’ drones u li dan ikkawża ħsara minuri fuq il-bini. Huwa qal ukoll li dak il-ħin tal-attakk kien hemm preżenti s-servizzi tal-emerġenza.
Moska rari kienet fil-mira ta’ attakki minn drones mill-bidu tal-kunflitt fl-Ukrajna. Dan minkejja li attakki bħal dawn kienu aktar komuni fir-Russja.
L-aġenzija tal-aħbarijiet tal-istat tar-Russja RIA rrappurtat li xi residenti ta’ bini li jinsab fi Triq Profsoyuznaya f’Moska fin-Nofsinhar tal-belt kellhom jiġu evakwati minħabba l-attakk.
Sadanittant, il-Konsulent tal-President Ukren Volodymyr Zelensky ċaħad li l-Ukrajna kellha x’taqsam mal-attakki tad-drones fuq Moska. Il-kelliem qal dan waqt li kien qed jidher fi programm televiżiv u kien mistoqsi dwar dawn l-attakki.
Sarkastikament huwa qal li jista’ jkun wkoll li xi drones Russi sparati lejn l-Ukrajna ddeċidew li jduru lura għal fuq Moska.