Gowl minn Daniel Osvaldo fil-51 minuta ta lil Mosta rebħa minima kontra Gzira United fil-finali tat-Tournament tal-Pre-Season ta’ Mosta FC Ġammari Muscat fiċ-Charles Abela Stadium nhar is-Sibt.
Il-Blues kienu rebħu Grupp A, qabel il-Maroons, u komplew biex għelbu lil Zabbar St. Patrick 1-0 fis-semi-finali. Min-naħa l-oħra, il-Maroons kienu għelbu lir-rebbieħa ta’ Grupp B Sliema Wanderers 4-2 bil-penalties wara draw ta’ 1-1.