Mosta……………..5
San Ġwann……..0
Mosta xejn ma tħabtu biex kisbu l-passaġġ għas-semi-finali tal-IZIBET FA Trophy meta għelbu l-isfida ta’ San Ġwann bl-iskor kbir ta’ 5-0, bl-eroj assolut għalihom ikun il-player Ferebory Dare, li rreġistra hat-trick personali.
Kienu Mosta li ħolqu l-ewwel periklu fit-18-il minuta meta l-ewwel Michael Chidera Okoh kellu x-xutt tiegħu mblukkat mid-difiża ta’ San Ġwann biex mir-rebound Kaishu Yamazaki minn pożizzjoni ideali ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper ta’ San Ġwann, Jake Pisani, li salva bi bravura.
Huma komplew fuq l-offensiva u fis-26 minuta fetħu l-iskor permezz ta’ xutt b’saħħtu minn ġol-kaxxa ta’ MICHAEL CHIDERA OKOH li ma ta l-ebda ċans lil Jake Pisani bil-ballun jiġi devjat minn player ta’ San Ġwann, qabel intemm ġewwa.
Kulma jmur kompla d-dominju assolut tal-Blues u erba’ minuti wara, huma appellaw għall-penalty meta l-awtur tal-ewwel goal Michael Chidera Okoh deher jitwaqqa’ minn player avversarju fil-kaxxa iżda r-referee Darryl Agius ħalla l-logħob għaddej u ssenjala corner.
Fit-32 minuta, Mosta, rduppjaw l-iskor meta Clayton Failla indirizza cross pinġut li sab lil FEREBORY DORE li permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin irnexxielu jsib ix-xibka.
U jidher li Mosta ma kinux kuntenti biżżejjed b’dan l-iskor hekk kif ħames minuti wara, għamluhom tlieta meta wara li rċieva minn cross perfett ieħor, FEREBORY DORE, minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Mosta, komplew fejn ħallew fl-ewwel waħda u fil-55 minuta skorjaw ir-raba’ goal meta FEREBORY DORE minn qagħda ideali u b’xamma kbira għall-goal tefa’ l-ballun wara Pisani.
Mosta ssiġillaw ir-rebħa permezz tal-ħames goal fid-79 minuta permezz ta’ xutt b’saħħtu minn ġol-kaxxa ta’ CHRIST EMEME li ma ta l-ebda ċans lil Pisani.
Huma komplew jamministraw il-vantaġġ komdu ta’ ħames goals li kellhom sa tmiem il-partita.
Mosta: 1-Andreas Vella, 6-Roderick Briffa (4-Glamour Eziefula 58), 8-Christ Ememe, 13-Clayton Failla (3-Ensell Attard 73), 14-Kaishu Yamazaki (5-Bradley Farrugia 74), 21-Nathan Agius, 22-Tyrone Farrugia, 24-Michael Chidera Okoh, 43-Steve Kingue (30-Jacob Akrong 58), 98-Rodriguez Ekani, 99-Ferebory Dore (11-Duane Bonnici 73) Coach: Joseph Grech
San Ġwann: 26-Jake Pisani, 6-Myron Micallef, 7-Gianluca Zammit, 11-Kyle Gatt (29-Glen Pace 64), 21-Jesusemen Courage Omoruanzoje, 22-Kemokoh Toure (33-Andrew Xuereb 69), 23-Reon Saito (9-Nathan Sultana 70), 24-Jake Grech, 31-Isaac Cutajar, 32-Nicolas Gonzalo Virano (50-Nezar Abouhaisa 69), 66-Kyle Bartolo (14-Kieran Zarb 64) Coach: Xavier Saliba
Referee: Darryl Agius
Ass. Referees: Luke Portelli, Shaun Calleja
Raba’ Uffiċjal: Daniel Casha
Skorers: M. Chidera Okoh 26, F. Dore 32, 37, 55, C. Ememe 79 (M)
Ammoniti: S. Kingue (M), A. Xuereb (SĠ)