Sunday, March 9, 2025

Mosta jagħtu lil Hamrun Spartans it-tieni telfa infila

Aqra wkoll

Hamrun Spartans …..1

Mosta …………………2

Minn Cristian Muscat

Mosta għelbu lil Hamrun Spartans bl-iskor ta’ 2-1 biex minbarra  li dawn tal-aħħar sofrew it-tieni telfa nfila, sofrew ukoll it-tielet telfa minn daqstant logħbiet kontra Mosta dan l-istaġun.

Kienu Hamrun li ħolqu l-ewwel periklu fit-13-il minuta meta daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Raphael Lopes Silva ġiet imdawra f’corner mill-goalkeeper, Jorgen Demba.

Iżda fl-azzjoni li segwiet, mal-kwarta logħob kienu Mosta li fetħu l-iskor meta GIANCARLO GONCALVES approfitta bis-sħiħ minn back-pass erratiku ta’ Joseph Mbong, avvanza tajjeb, baqa’ dieħel fil-kaxxa u tefa’ l-ballun fix-xibka.

Fid-19-il minuta, daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ James Arthur ġiet imdawra f’corner minn Bonello. Mill-corner li rriżulta, rovexxjata mill-isbaħ ta’ Sou­leymane Kone minn taħt il-lasta stampa mal-mimduda.

Il-pressjoni kienet kollha fuq l-Ispartans u fit-23 minuta, wara li rċieva minn cross fil-baxx, Joseph Essien Mbong tefa’ inkredibbilment għoli.

Huma komplew fuq l-offensiva u fis-37 minuta kienu ferm sfortunati li ma kisbux id-draw meta Raphael Lopes Silva kellu d-daqqa ta’ ras mill-viċin taħbat mal-wieqfa.

Madankollu, fl-44 minuta, Mosta kellhom ċans kbir li jirduppjaw meta ngħataw penalty meta Mattias Ellul miss il-ballun b’idu fil-kaxxa.

Iżda mill-11-il metru Clayton Failla ra t-tentattiv tie­għu  salvat mill-goalkeep­er Bonello bid-difiża Ħamru­niża tikklerja l-ballun minn kull periklu.

Fis-56 minuta, Hamrun resqu viċin li jiksbu d-draw iżda Failla kien strumentali għal Mosta meta salva bir-ras minn fuq il-linja fatali tentattiv bir-ras ta’ Lopes Silva.

Iżda fit-68 minuta, huma għamlu dan permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ CESAR MENACHO liema goal kien l-400 wieħed tal-istaġun.

Madankollu, fid-79 minuta, Mosta skorjaw il-goal tar- rebħa minn rebound ta’ STEPHEN CHIEMEZIE wara free-kick insidjuż mogħti minn Clayton Failla. 

Hamrun s.: 1-Henry Bonello, 3-Mattias Ellul (94-Ryan Camenzuli 60), 4-Steve Borg, 5-Sven Xerri, 10-Joseph Essien Mbong (7-Luke Montebello 46), 12-Roko Prsa, 20-Jovan Cadenovic (33-Mayron 90), 28-Redon Mihana, 91-Emerson Maracelina, 92-Cesar Menacho, 99-Raphael Lopes Silva – Coach: Alessandro Zinnari

mosta: 1-Jorgen Demba, 4-Prince Afriyie, 5-Sasha Cachia, 6-James Arthur, 8-Junior Eke Chukwuemeka (Matthew Bolanos Garcia 78), 9-Souleymane Kone (23-Joshua Agyemang 67), 10-Giancarlo Goncalves (26-Prince Emanuel Chibizor 84), 13-Clayton Failla, 16-Gianluca Sciberras (21-Nathan Agius 46), 29-Stephen Chiemezie, 31-Joao Teixeira Da Souza  – Coach: Joseph Grech

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Luke Portelli, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Ezekiel Barbara

SKORERS: G. Goncalves 15, S. Chiemezie 79 (M), C. Me­nacho 68 (HS)

AMMONIT: R. Lopes Silva (HS)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport