Saturday, September 14, 2024

Mosta jaħsdu lil Gzira U. u jagħmlu pass importanti lejn post fl-Ewropa

Aqra wkoll

Gzira U………………1

Mosta…………………2

Mosta ħasdu lil Gzira United meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1, biex għamlu pass importanti li jiksbu post fl-Ewropa fi tmiem l-istaġun.

Kienu Gzira li fetħu l-iskor fid-disa’ minuta meta minn throw-in, Marcelo Dias, qabeż tajjeb żewġ players avversarji qabel għadda lejn Jefferson De Assis, b’dan bit-takkuna jerġa’ jservi lil MARCELO DIAS li qabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper ta’ Mosta, Ini Etim Akpan.

Madankollu, Mosta, ġabu l-iskor indaqs fis-17-il minuta permezz ta’ freekick mill-isbaħ ta’ CLAYTON FAILLA, li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Kroat ta’ Gzira, Darijan Zarkov.

Minuta biss wara, Jefferson De Assis, avvanza tajjeb u indirizza l-ballun lejn il-lasti avversarji, iżda pront kien il-captain tal-Blues, Tyrone Farrugia, li salva l-ballun minn fuq il-linja fatali, biex salva goal ċert.

Kellu jkun l-istess Farrugia li salva lil Mosta fid-29 minuta meta Jefferson De Assis żmarkat u venven xutt sabiħ, b’Tyrone Farrugia, jerġa’ jsalva minn fuq il-linja fatali, permezz ta’ daqqa ta’ ras.

Fis-67 minuta, is-sostitut ta’ Gzira, Maxuell Maia, kellu xutt akrobatiku li ntemm barra.

Dan sabiex fid-79 minuta, Mosta, skorjaw il-goal tar-rebħa meta l-ewwwl Zavchary Brincat kellu daqqa ta’ ras imdawra f’corner mill-goalkeeper sostitut tal-Maroons, David Cassar.

Madankolu, l-istess ZACHARY BRINNCAT, ma kellux jiġi mċaħħad meta mill-corner li rriżulta, kellu t-tentattiv tiegħu, minn daqqa ta’ ras oħra jintemm ġewwa.

Gzira U.: 30-Darijan Zarkov (1-David Cassar 63), 3-Gabriel Bohrer Mentz, 5-Luke Tabone (8-Zachary Scerri 84), 6-Nikolai Muscat (91-Maxuell Maia 63) (47-Brookyln Borg 76), 7-Steve Pisani (98-Jackson Mendoza 84), 9-Marcelo Dias, 16-Luis Carlos Riascos, 22-Toni Kolega, 23-E. Silva, 44-Marko Cosic, 94-Jefferson De Assis Coach: Darren Abdilla

Mosta: 12-Ini Etim Akpan, 6-Roderick Briffa (4-Eziefula Chibueze 67), 8-Christ Ememe, Linus Precious Tenebe (16-Gianluca Sciberras 67), 11-Duane Bonnici (2-William Legault 88), 13-Clayton Failla, 20-Boubakary Diarra, 22-Tyrone Farrugia, 43-Steve Kingue, 74-Jake Vassallo, 77-Zachary Brincat (18-Joseph Ibe 80) Coach: Joseph Grech

Referee: Slobodan Petrovic

Ass. Referees: Roberto Vella, Duncan Spencer

Raba’ Uffiċjal: Alex Johnson

Skorers: M. Dias 9 (G), C. Failla 17, Z. Brincat 79 (M)

Ammoniti: N. Muscat, G. Bohrer Mentz, L. C. Riascos (G), L. P. Tenebe, D. Bonnici, G. Sciberras, E. Chibueze (M)

Player tal-Logħba: Steve Pisani (G)

Ekonomija

Sport