Sunday, December 29, 2024

Mosta jikkonvinċu u jegħlbu lil Marsaxlokk

Aqra wkoll

Mosta …………… 3

Marsaxlokk ……..2

Mosta kkonvinċew bis-sħiħ meta għelbu lil Marsaxlokk bl-iskor ta’ 3-2, b’din tkun it-tieni rebħa konsekuttiva għalihom wera dik ta’ 2-0 kontra Birkirkara li kisbu fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Kienet rebħa meritata għall-Mostin bix-Xlukkaj­ri jippruvaw jiddettaw il-logħob tagħhom, iżda ftit li xejn irnexxielhom jagħmlu dan, b’din tkun it-tieni telfa konsekuttiva għalihom wara dik ta’ 1-0 li sofrew kontra Valletta.

Mosta għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u wara biss ħames minuti, cross-shot tal-captain Zachary Brincat ġie interċettat mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper ta’ Marsaxlokk, Marko Drob­njak. Huma komplew jiddettaw il-logħob u fid-disa’ minuta fetħu l-iskor permezz ta’ xutt mill-ewwel fil-baxx ta’ CHRISTIAN NDUBISI NNAJ li ma ta l-ebda ċans lil Drobnjak.

U jidher li huma ma kinux kuntenti biżżejjed b’dan il-vantaġġ bikri fil-partita hekk kif minuta biss wara rduppjaw l-iskor permezz ta’ ZACHARY BRINCAT li b’xamma kbira għall-goal u b’opportuniżmu liema bħalu tefa’ ġewwa.

Izda Marasaxlokk ma rmewx ix-xugaman anzi wettqu reazzjoni tajba u fil-21 minuta naqqsu l-marġni tal-iskor meta SUNDAY AKINBULE minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.

Mosta skorjaw it-tielet goal fid-59 minuta meta wara li rċieva minn cross mix-xellug ta’ Clayton Failla, KEVIN TULIMIERI, kien fil-post it- tajjeb fil-mument opportun u permezz ta’ xutt mill-viċin tefa’ wara Drobnjak.

Ix-Xlukkajri wieġbu fil-71 minuta permezz ta’ freekick insidjuż ta’ Leandro Aguirre li ħareġ l-aħjar ta’ Akpan li Mosta qalgħu daqqa ta’ ħarta fl-84 minuta, meta spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom il-player Damian Anei, wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita.

Marasaxlokk naqqsu l-marġni tal-iskor fid-90 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ SUNDAY AKINBULE, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.

Madankollu, Mosta xorta waħda baqgħu jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.

MOSTA: 12-David Udoh Akpan, 4-Gustavo Chara, 8-Damian Evans, 11-Christian Ndubisi Nnnaji, 13-Clayton Failla, 16-Gianluca Sciberras, 20-Willie Britto, 21-Nathan Agius (27-Eric Mensah 67), 74-Jake Vassallo, 77-Zachary Brincat (5-Sacha Cachia 67), 92-Kevin Tulimieri (7-Aliyu Isah 67) (3-Shedrack Thomas 86)   – Coach: Joseph Grech

MARSAXLOKK: 95-Marko Drobnjak, 3-Weder Soares, 4-Yago Sousa (99-Anthony Obonogwu 61), 6-Nikolai Muscat (30-Ryan Scicluna 51), 8-Jake Ghio (11-Duane Bonnici 76), 10-Yuri De Jesus Messias, 18-Gary Camilleri, 27-Leandro Aguirre (23-Samuel Boakye 76), 33-Diego Pires Dall’Oca, 88-Sunday Akinbule, 94-Joao Fernando Gomes   – Coach: Winston Muscat

REFEREE: Slobodan Petrovic

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Vasil Vasilev

RABA’ UFF: Andrea Sciriha

SKORERS: C. N. Nnaj 9, Z. Brncat 10, K. Tukimieri 59 (M), S. Akinbule 21, 90 (Mx)

AMMONITI: D. Udoh Akpan, D. Evans, C. Nnnaj, C. Failla, E. Mensah (M), Y. Sousa, Y. De Jesus Messias, D. Pires Dall’Oca, J. F. Gomes Junior, R. Scicluna (Mx)

TKEĊĊA: D. Evans 84 (M)

Ekonomija

Sport