Sunday, December 22, 2024

Mosta jinqalgħu miż-żona l-ħamra

Aqra wkoll

Balzan ………2

Mosta ……….3

Mosta rritornaw għar-rebħ meta rnexxielhom jegħlbu lil Balzan 3-2 f’logħba kumbattuta.

B’din ir-rebħa l-Mostin inqalgħu miż-żona l-ħamra filwaqt li l-Balzanin reġgħu iddiżappuntaw wara t-telfa kontra Hamrun Spartans biex issa baqgħu fit-tmien post tal- klassifika.

Huma kellhom bidu mill- aqwa hekk kif fetħu l-iskor wara biss tmien minuti meta BOJAN KALJEVIC interċetta pass lura ta’ Jonas Rodriguez Ekani,  avvanza, qa­beż lill-goalkeeper u tefa’ ġewwa b’xutt fil-baxx.

Iżda għaxar minuti wara, Mosta għamlu l-iskor indaqs meta Dennis Antwi ġie mwaqqa’ fil-kaxxa mill-goalkeeper Jake Galea u mill-11-il metru CLAYTON FAILLA ma żbaljax.

Fl-34 minuta Mosta marru fil-vantaġġ meta mill-free-kick ta’ Clayton Failla, daħal tajjeb LUIS RIASCOS li mill-viċin għeleb lil Galea.

Iżda fit-42 minuta Balzan reġgħu kisbu d-draw grazzi għal SULEIMAN JALU li temm ġirja tajba b’xutt minn barra l-kaxxa li laqat il-mimduda qabel spiċċa fix-xibka.

Ir-ritmu naqas xi ftit fit-tieni taqsima iżda fil-61 minuta, Bojan Kaljevic kien għoddu reġa’ poġġa lil Balzan minn fuq meta seraq ballun lil difensur Mosti ftit barra l-kaxxa iżda x-xutt finali tieġħu għadda ftit barra.

B’mod gradwali Balzan bdew igawdu aktar mill-inizjattiva iżda, fis-76 minuta, Mosta rrispondew b’azzjoni tajba fejn Acheampong għadda lejn Dennis Antwi li kkontrolla iżda kkonluda ftit għoli.

Tliet minuti wara, il-Mostin kienu sfortunati hekk kif xutt bomba ta’ Johann Bezzina minn barra l-kaxxa laqat il-mimduda.

Iżda sitt minuti mit-tmiem, Mosta skorjaw il-goal tar-reb­ħa b’goal mill-isbaħ tas-sostitut WILLIAM DONKIN li temm azzjoni personali fejn ħarab minn nofs il-ground, qabeż numru ta’ players u fajjar xutt li ma ta ebda ċans lill-goalkeeper ta’ Balzan.

BALZAN: 12-Jake Galea, 3-Augustine Loof, 6-Marcus Grima (70-Malik Joaquin Trustfull 88), 9-Alvin Kevin Daniels (8-Paul Fenech 64), 16-Uros Ljubomirac, 19-Milos Zlatkovic, 20-Suleiman Jalu (77-Aleksa Andrejic 64), 21-Neil Frendo (22-Gary Camilleri 75), 23-Milos Mijic, 86-Bojan Kaljevic, 88-Sean Cipriott  – Coach: Paul Zammit

MOSTA: 12-Ini Etim Akpan, 5-Raul Manuel Fernandes da Silva (22-Tyrone Farrugia 46), 6-Roderick Briffa (27-Youri Loen 61), 11-Geoffrey Edwin Acheampong (77-Zachary Brincat 86), 13-Clayton Failla, 19-Johann Bezzina (16-Gianluca Sciberras 86), 30-Luis Riascos, 33-Dennis Agyare Antwi, 34-Rafael Morisco, 88-Sunday Akinbule (7-William Donkin 80), 98-Jonas Rodriguez Ekani.  – Coach: Joseph Grech

REFEREE: Andrea Sciriha

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Emanuel Grech

SKORERS: B. Kaljevic 8, S. Jalu 42 (B); C. Failla 18 pen, L. Riascos 34, W. Donkin 84 (M)

AMMONITI: J. Galea, U. Ljubomirac, S. Cipriott (B); L. Riascos, G. Sciberras (M)

PLAYER TAL-LOGĦBA: Dennis Antwi (Mosta)

Ekonomija

Sport