Minn Cristian Muscat
Mosta ………3
Balzan………2
Mosta għelbu lil Balzan bl-iskor ta’ 3-2 biex filwaqt li huma tbiegħdu miż- żona l-ħamra, xeħtu lill-istess Balzan f’aktar inkwiet li jistgħu jitilfu posthom fl-ogħla diviżjoni.
Il-partita bdiet fuq nota kwieta hekk kif iż-żewġ timijiet bdew jistudjaw lil xulxin konxji mill-fatt li dan il-konfront kien meqjus bħala “finali” minħabba l-importanza tiegħu.
Kellna nistennew sad-19-il minuta biex rajna l-ewwel azzjoni li waslet min-naħa ta’ Mosta meta xutt ta’ Johan Bezzina minn barra l-kaxxa kien wieħed ċentrali biex il-goalkeeper, Rudy Briffa, salva mingħajr l-ebda diffikultá.
Huma komplew jippressaw u 10 minuti wara Clayton Failla ra x-xutt tiegħu minn pożizzjoni angolata jiġi mblukkat mid-difiża avversarja.
Fis-36 minuta, Geoffrey Edwin Acheampong kellu x-xutt minn barra l-kaxxa li ġie salvat b’ċerta abbiltá minn Briffa.
Balzan wieġbu fl-40 minuta meta Uros Ljubomirac qabeż difensur avversarju, avvanza lejn il-lemin u l-cross-shot tiegħu ġie devjat f’corner.
Madankollu ħames minuti wara huma fetħu l-iskor meta minn cross fil-baxx mix-xellug MILOS MIJIC żmarka lilu nnifsu u għeleb lill-goalkeeper Ini Etim Akpan.
Fit-tieni taqsima, il-Balzanin kienu qed jamministraw il-partita iżda, fit-72 minuta, kontra x-xejra tal-logħob Mosta kisbu d-draw meta SUNDAY AKINBULE sab l-ispazju biex għeleb lil Briffa.
Sitt minuti wara, il-Mostin marru fil-vantaġġ mill-veteran Michael Mifsud li minn pożizzjoni angolata xeħet fix-xibka … biex fit-83 minuta, minn qagħda ideali n-Niġerjan SUNDAY AKINBULE kompla jkabbar l-iskor.
Fit-92 minuta, Balzan naqqsu d-distakk minn daqqa ta’ ras ta’ MILOS ZLATKOVIC biex żewġ minuti wara Mosta kellhom lil Luis Riascos imkeċċi wara li ntwera t-tieni karta safra.
MOSTA: 12-Ini Etim Akpan, 6-Roderick Briffa (15-Jake Vassallo 57), 8-Christ Ememe, 11-Geoffrey Edwin Acheampong, 13-Clayton Faillla, 19-Johann Bezzina (9-Michael Mifsud 63), 20-Boubakary Diarra, 30-Luis Riascos, 34-Rafael Morisco, 88-Sunday Akinbule (33-Dennis Agyare Antwi 89), 98-Jonas Rodriguez – Coach: Joseph Grech
BALZAN: 1-Rudy Briffa, 3-Augustine Loof, 6-Marcus Grima (11-Jake Grech 89), 7-Milan Duric, 10-Nikola Gulan (86-Bojan Kaljevic 80), 15-Michael Johnson, 18-Uros Ljubomirac, 19-Milos Zlatkovic, 23-Milos Mijic, 77-Aleksa Andrejic, 88-Sean Cipriott (22-Gary Camilleri 58) – Coach: Paul Zammit
REFEREE: Philip Farrugia
ASS. REFEREES: Alan Camilleri, Paul Apap
RABA’ UFF: Andrea Sciriha
SKORERS: M. Mijic 45, M. Zlatkovic 92 (B), S. Akinbule 72, 83, M. Mifsud 78 (M)
AMMONITI: M. Mijic, S. Cipriott, M. Johnson (B), L. Riascos (2), J. Bezzina (M)
TKEĊĊA: L. Riascos 94 (M)