Tuesday, May 14, 2024

Mosti jindarab gravi f’argument fil-Mosta

Aqra wkoll

Raġel isofri ġrieħi gravi waqt argument li żvolġa għall-ħabta tat-3:30 p.m fi Triq l-Isperanza, il-Mosta.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li kien żvolġa argument bejn żewġt irġiel, raġel ta’ 57 sena residenti l-Mosta u r-raġel l-ieħor li laħaq telaq minn fuq il-post sakemm waslu l-pulizija. Jidher li waqt l-argument ġiet użata arma li taqta’ u bil-ponta.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport