Sunday, December 22, 2024

Mosti jweġġa’ gravi f’inċident bil-mutur f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Raġel ta’ 65 sena residenti l-Mosta kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tal-11:30 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Chevrolet Spark, misjuqa minn Belġjan ta’ 61 sena residenti l-Mellieħa, u mutur Honda, misjuq mill-Mosti. 

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed lejn l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport